Futbol Sport

Marquez b’ħin rekord fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tad-dinja Marc Marquez kiseb il-pole position għall-Grand Prix tar-Renju Unit meta għamel l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone, li hu rekord taċ-ċirkwit b’ħin ta’ 1:58.168. Mal-Ispanjol ta’ 26 sena, se jkun hemm fl-ewwel filliera t-Taljan Valentino Rossi li spiċċa 0.428 ta’ sekonda warajh.

Rossi fuq Yamaha, kiseb l-aħjar riżultat tal-istaġun waqt il-provi uffiċjali filwaqt li l-Awstraljan Jack Miller spiċċa t-tielet. Marquez li kiseb is-60 pole position fil-karriera, bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika ġenerali u se jfittex li jkabbar it-58 punt vantaġġ fuq Andrea Dovizioso li se jibda mis-seba’ post.

Wara l-provi uffiċjali, Marquez qal li bil-kundizzjonijiet perfetti u bil-wiċċ taċ-ċirkwit, it-tellieqa se tkun fiżika. Hu kompla li l-avversarji prinċipali f’din it-tellieqa se jkunu l-Yamaha.

Kif se jibdew: 1. Marc Marquez 1:58.168, 2. Valentino Rossi + 0.428, 3. Jack Miller + 0.434, 4. Fabio Quartararo + 0.444, 5. Alex Rins + 0.502, 6. Maverick Viñales + 0.594, 7. Andrea Dovizioso + 0.594, 8. Franco Morbidelli + 0.928, 9. Cal Crutchlow + 1.075, 10. Takaaki Nakagami + 1.259