Budget 2020 Lokali

Id-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Budget

Aġġornata kontinwament

Bħalissa fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed jagħmel ir-replika tiegħu għad-diskora tal-Budget għas-sena d-dieħla ppreżentat nhar it-Tnejn li għadda mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

B’hekk wasal fi tmiemu d-diskors tar-replika tal-budget tal-Kap tal-Oppożizzoni Adrian Delia.

20:35 Irridu pajjiż fejn tassew jgħodd x’taf u mhux lil min taf, pajjż li jibqa’ tal-poplu, pajjiż fejn kulħadd iħossu kburi li hu Malti

20:34 Irridu pajjiż b’ekonomija xprunata mill-onestà, ekonomija b’sens ta’ ġustizzja soċjali, fejn kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, b’olitiċi kontabbli, pajjiż li jiġġieled il-korruzzjoni bil-fatti

20:33 Adrian Delia jibda l-egħluq tad-diskors tiegħu, fejn jgħid li rridu pajjiż li jitmexxa b’viżjoni…pajjiż bi pjan

20:30 Adrian Delia jgħid li dawn iż-żgħażagħ ma jiftakrux pajjiż fejn jinqatlu l-ġurnalisti, ma jiftakrux pajjiż bl-agħar kwalità tal-arja fl-Ewropa,,, ma jiftakrux pajjiż b’reputazzjoi soda, ma jiftakrux pajjiż fejn tħossok kburi li int Malti, ma jiftakrux pajjiż fejn ma kienx aċċettabbli li Ministru jinqabad b’kumpaniji sigrieti fil-Panama…

20:28 Il-Kap tal-Oppożizzjoni jikkwota lill-Prim Mnistru li tkellem dwar żgħazagħ li mhux se jiftakru pajjiża mingħajr Gvern Laburista

20:26 Adrian Delia jsemmi wegħda oħra. L-“Università Amerikana”. li wegħdet 4000 studenti, Lanqas ġew 60 student

20:25 “Dawn huma l-Maltin sinjuri ta’ Joseph Muscat”

20:23 Adrian Delia qed jelenka lista ta’ persuni li xtraw passaport Malti u li nqabdu fi kriminalità fl-aħħar snin, fosthom fil-ħasil ta’ flus u attivitajiet dubbjużi oħra

20:22 Il-Prim Ministru kien wiegħed li nsiru kollha sinjuri zgħar. Imma min huma s-sinjuri ż-żgħar?

20:21 Fil-Budget mhemmx referenza waħda għan-negozji ż-żgħar

20:20 Fejnha l-wegħda ta’ Malta Tagħna Lkoll? jistaqsi Adrian Delia

20:19 Jekk hawn wegħdiet li ġew ikkalpestati fl-aħħar 6 snin kienu t-trasparenza, il-meritokrazija u l-kontabilità

20:19 Adrian Delia qiegħed fuq il-mejda tal-kamra kwazi 100 wegħda li Gvern Laburista ma wettaqx

20:17 Minkejja li r-raba vapur taffa mill-problema tal-konnettività, għadna ma nafux x’inhu l-effett tal-Fast Ferry minħabba l-inkompetenza tal-Gvern

20:16 Adrian Delia jgħid li rridu nitilqu mill-prinċipju li Għawdex ikun reġjun, dan il-Gvern ma ridhiex

20:15 Din is-sena dwar Għawdex il-Gvern kiteb xi ħaga. Imma dak kollu li qal kien ripetizzjoni.

20:12 Imma operatur kbir f’dan il-qasam iddeskriva lil Malta bħala falliment b’dan il-qasam u li fl-aħħar żmien min kien se jinvesti f’pajjiżna għamel telf kbir u li mill-Pole Position ma’ Singapore u Luxembourg, Malta spiċċat falliment.

20:10 Minbarra l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, dan il-Gvern qal li ried li Malta ssir the Blockchain Island, u kkwota x’kien qal il-Prim Ministru

20:09 Wara li l-Prim Ministru ried Żvizzera fil-Mediterran, imbagħad Dubai fil-Mediterran, imbagħad Singapore, issa jrid Malta kosmopolitana. Aħna rridu Malta fil-Mediterran

20:08 Dan il-Budget kien Budget bla viżjoni

20:06 Adrian Delia reġa appella biex il-Gvern jaqbel mal-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex tissejjaħ emerġenza fil-Klima

20:04 Dawn uliedna qed jitolbuna pajjiż aħjar minn dak li sibna

20:02 Il-Kap tal-Oppożizzjni jikkwota ittri li rċieva mingħand tfal li jridu leħen dwar il-klima u jgħid li l-Partit Nazzjonalista se jkun dak il-leħen

20:01 Adrian Delia rringrazzja lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li ħadem biex ressaq mozzjoni quddiem il-Parlament

20:00 Adrian Delia qal li dan il-pajjiż rema’ lill-ambjent. Għandna qrib is-600 persuna jmutu kull sena minħabba t-tniġġiż

19:59 “Aħna nemmnu f’uliedna. Gvern Nazzjonalista jkun kapaċi jinvesti fl-edukazzjoni, ħalli verament inkunu l-aqwa fl-Ewropa”

19:58 “Għoxrin elf għall-għalliema tagħna u mija u tmenin elf ewro għal min iridu”

19:58 Għandna studenti fil-containers, għandna nuqqas ta’ għalliema, għandna ġenituri inkwetati għax m’hawnx biżżejjed LSEs

19:57 Il-Kap tal-Oppożijzzjoni qal li l-President tal-MUT kellu biss tlett kelmiet għall-budget – “What about education?”

19:55 Għaddew is-snin u Steward ma ġabu XEJN lejn pajjiżna. La St Lukes, la f’Karen Grech u lanqas fl-isptar Ġenerali t’Għawdex

19:54 Sentejn wara il-Ministru Fearne serħilna moħna mbagħad li issa l-isptarjijet għaddew għand Steward u li kienu r-real deal

19:53 Fis-settur tas-saħħa seħħet oxxenità meta tlett sptarijiet ingħataw lil xi ħadd li ma nafux min hu

19:52 L-Oppożizzjoni għamlet proposti dwar id-dijabete u jeħtieġ ikun hemm sforz akbar dwar il-prevenzjoni

19:51 F’dan il-Budget il-Gvern mhux jagħti tama lil min ibati minn problemi mentali. Tlifna sitt snin prezzjużi

19:50 Pajjizna kien invest bil-kbir fis-saħħa. Imma fis-saħħa mentali fallejna lil pajjiżna

19:49 “Pajjiz li jiftaħar kemm qed jiftħu ristpranti, imma li qed jara l-food banks ma jlaħħqux mad-domanda”

19:48 Il-Kap tal-Oppoziżżjoni semma diversi miżuri mill-Pre Budget Document favur il-ħaddiema

19:47 Adrian Delia jgħid li mhux aċċettabl li Malta tibqa tara l-faqar jikber u li jkollok ħaddiema jaħdmu f’kundizzjonijiet mhux xierqa

19:46 Il-Gvern li qal li se jkun l-aktar femminist għandu l-akbar gender wage gap fl-Ewropa

19:45 Il-Gvern ma jimpurtahx minn ħaddiema li qed jgħixu fl-istalel, jew fil-containers, jew li qed jitbaxxew il-pagi

19:44 Il-Unions u l-ħaddiema qed jitkellmu dwar kundizzjonijiet ħżiena

19:43 Id-dritt li jkollok saqaf fuq rasek huwa fundamentali

19:42 Skont il-Minisru il-budget tal-pajjiż irdoppja, imma kif allura qed ikompli jikber il-faqar?

19:40 Fil-Housing il-Gvern tal-Labour ma beniex unit wieħed tas-social housing. Il-Gvern taż-żgħir li remieħ u kaxkru għax ma jimpurtah minnu xejn

19:38 Wasalna f’sitwazzjoni li ż-żgħażagħ tagħna m’għandhomx biex iħallsu d-depożitu fuq id-dar tagħhom

19:37 Il-prezz tal-propjetà għola b’25%n f’sena waħda biss

19:36 Sfida kbira hija l-housing. Tlaqna minn ħsieb li kulħadd isir sid ta’ daru għal skema fejn ngħidu lill-anzjani “tini biċċa minn darek ħalli tkun tista tlaħħaw mal-ħajja”

19:35 “Aħna lill-anzjani tagħna ngħidulhom aħna midjunin magħkom. Lesti lill-anzjani nserrħulhom moħħhom mhux għal sena waħda biss imma għal għomorhom”

19:34 Adrian Delia jgħid li la n-numru u lanqas il-perċentwali tal-anzjani ma jidhru li naqsu, hekk kif 21% tal-anzjani kienu f’xifer il-faqar fl-2015 biex fl-2018 għandna 25.4% mill-anzjani tagħna f’xifer il-faqar

19:33 “Il-faqar f’pajjiżna qed jikber u dis-sena se jmiss id-90,000 ruh”

19:32 Jistaqsi jekk il-pensjoni hix addattata.

19:31 Dwar il-pensjonijiet Adrian Delia qal li jeħtieġ diskussjoni dwar l-adegwatezza u s-sostenibbilità

19:30 Adrian Delia kkwota lill-Alfred Sant li aktar kmieni llum ikkritika t-taħwid fil-kontijiet tad-dawl u fejn qal li mhux sew li jwaħħlu fil-kompjuters u ma jsir xejn dwar dawn il-kontijiet

19:29 Xi ħaġa li kkritika wkoll il-Kummissarju tal-Istandards

19:27 Fil-Parlament ukoll, jgħid Adrian Delia, minn naħa tal-Gvern hemm il-backbenchers li suppost iżommu r-riedni tal-Gvern, imma l-Gvern għalqilhom ħalqhom bil-flus

19:26 Isemmi żewġ eżempji… il-kawża biex tinkiseb kopja tar-rapport Egrant, fejn l-Avukat Ġenerali ried li dan ir-rapport jibqa’ mistur

19:26 Hija tal-biki li dak li suppost qed iħares l-interess tal-poplu Malti, l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, qed iħares biss l-interess tal-Gvern

19:25 “L-unika kwalifika li jrid ikollok biex timxi ‘l quddiem huma l-ħbieb tal-ħbieb”

19:23 Adrian Delia rrefera għall fatt li 16 minn 17-il ħatra ġudizjarja kellhom xamma politika u fakkar fil-wegħda elettorali ta’ Joseph Muscat dwar il-meritokrazija

19:21 Hu qal li l-Gvern qed isibhom is-soluzzjonijiet għal min irid

19:20 Adrian Delia qal li l-Gvern beda jsejjaħ il-problemi tal-pajjiż bħala il–problemi tas-suċċess, minflok jieħu azzjoni

19:18 Il-Gvern irid iserħilna moħna li kapaċi jiġbed banek serji

19:17 Adrian Delia jgħid li jrid ikun il-Gvern li jara li banek li jiġu f’pajjiżna jkunu banek serji

19:16 il-Gvern qed jgħid li l-problemi fis-settur bankarju mhux tort tiegħu. Adrian Delia jistaqsi ta’ min hu t-tort?

19:15 Aħna lesti li naħdmu mal-Gvern biex nissalvagwarjdaw l-interessi ta’ pajjiżna

19:14 Adrian Delia elenka diversi proposti tal-Oppożizzjoni għal dan is-settur

19:13 Dwar il-Gaming, settur li waqqaf Gvern Nazzjonalista, issa wkoll qed jiffaċċja sfidi minħabba prezzijiet għoljin tal-kiri

19:12 Adrian Delia qed jappella lill-Prim Ministru jieġu deċizjonijiet kuraġġużi u jneħħi lil min qed jagħmel ħsara lill-pajjiż

19:11 Adrian Delia irrefera għall-inċident marittimu li seta’ kellu konsegwenzi kbar għall pajjiżna imma li Gvern ta’ dak iż-żmien kien kaġażi jirrisolvi biex baqgħet salvagwardjata r-reputazzjoni ta’ pajjiżna

19:10 Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li dar-rapport juri li l-uffuċjali stess li suppost qed iħarsu lill-pajjiżna, kellhom sens dejjem jikber li ma jistgħu jagħmlu xejn

19:09 Adrian Delia qed jikkwota partijiet mir-rapport Moneyval

19:08 Adrian Delia qed jgħid li settur ieħor li qed jitħasseb dwar il-futur ta’ pajjiżna huwa dak tal-Gaming

19:07 Ir-reputqazzjoni ta’ pajjiżna ġiet imkissra wara snin tgawdi mir-rispett ta’ pajjiżi oħra

19:05 Dwar l-isfidi istituzzjionali Adrian Delia qal li l-Ministru tal-Finanzi mhux jgħidilna l-verità kollha dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna, u dwar ir-risku li pajjiiżna jidħol fil-lista s-sewda minħabba deċizjonijiet ħżiena

19:04 L-Oppożizzjni qed tara tlett sfidi ewlenin – sfidi istituzzjonali, sfidi ambjentali u sfidi soċjali

19:03 Il-Gvern minflok qal lill-anzjani li l-pensjonijiet tagħhom tiddependi fuq dawn il-barranin

19:02 L-ekonomija trid tikber biż-żieda ta’ setturi ġodda, imma l-Gvern ma semmiex settur wieħed ġdid li fihom jista’ jikber pajjiżna

19:01 Sa mill-2008 pajjiżna ra tkabbir ferm akbar minn dak ta’ dawn l-aħħar snin

19:01 Pajjizna fl-imgħoddi kiber b’mod strutturat. imma qatt ma kien hemm dipendenza fuq it-tkabbir bil-barranin

19:00 L-Oppożizzjoi ilha tgħid li din il-politika qed iżżid il-piżijiet fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, fuq is-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni, fuq is-suq tal-propjeta

18:58 Dan it-tkabbir fuq il-karta għandu l-konsegwenzi

18:57 Diversi rapprezentatni tal-ħaddiema qed jgħidu li l-ħaddiema barranin imdorrijin b’kundizzjonijiet agħar minn tagħna qed jiġbdu l-livell tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f’pajjiżna

18:55 Il-ħaddiema barranin li gejjin mill-UE qed jonqsu kull sena

18:54 Jekk l-ambjent u l-infrastruttura mhux nagħtu kashom iktar se jbatu biż-żieda fil-popolazzjoni

18:53 L-ekonomija kibret b’5% imma l-pagi żdiedu b1.1%

18:52 Jekk f’dar ta’ 10 minn nies issa hemm 15 joqgħodu, in-nefqa tad-dar kibret imma l-kwalita tal-ħajja tagħhom mhix aħjar

18:51 28% ta’ dawk kollha li jaħdmu f’pajjiżna huma barranin u l-Gvern irid ikompli jżid

18:51 Diskors li kien jgħid li anke 100 ħaddiem barrani huma ħafna għal pajjiżna

18:50 Adrian Delia qed jikkwota artiklu li jitkellem dwar il-ħaddiema barranin f’pajjiżna… diskors li għamel il-Prim MInistru f’Lulju tal-2002

18:48 “L-ekonomija qed tikber bil-barranin għax il-Gvern m’għandu l-ewbda pjan ieħor”

18:46 Hemm bżonn li l-poplu Malti jkollu moħħu mistrieħ għas-snin li gejjin

18:45 Adrian Delia qal li hawn 90,000 persuna li kienu fix-xifer tal-faqar u wara dan il-budget baqgħu fix-xifer tal-faqar

18:43 Adrian Delia qal li l-Gvern għażel mudell ekonomiku bbażat fuq it-takbbir tal-popolazzjoni. Minbarra r-riga tal-GDP hemm bżonn nużaw riga oħra

18:42 Il-Ministru qal li pajjiżna għandu l-isfidi imma ma semmihomx, qal il-Kap tal-Oppożizzjoni

18:42 Adrian Delia qal li kulħadd jixtieq Budget ibbilanċjat fejn l-ambjent ma jkunx il-vittma tal-iżvilupp

18:41 Din hi xi ħaġa li qed tippreokkupa lill-Maltin u l-Għawdxin, qal Adrian Delia

18:40 Adrian Delia jgħid li l-Ministeru qisu jrid iwaħħal fil-Forzi tal-Ordni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom

18:39 Hu kkritika l-istqarrija tal-Gvern dwar dan l-inċident

18: 38 Adrian Delia fetaħ id-diskors tiegħu billi sellem lill-Forzi tal-Ordni wara r-rewwixta li kien hemm dal-lejl fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u li ddefendew l-interessi tal-Maltin b’riskju għal saħħithom.